Lokali

Tarbija ta’ tliet xhur tittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ Birkirkara

Ritratt mill-Arkivji

Tarbija ta tlett xhur kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara l-Ħamis filgħaxija kienet f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku serju f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45p.m. fil-Bypass ta Birkirkara, meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’  22 sena minn Birkirkara stess u karozza  misjuqa minn żagħżugħ ieħora ta’ 27 sena li miegħu kellu żewġ passiġġiera, tfajla ta’ 26 sena u tarbija ta’ tliet xhur, minn Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejħu mmedjatament il-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa t-tarbija l-isptar għal aktar kura.

Fuq il-post issejħu wkoll ħaddiema mill-Korporazzjoni Enemalta biex jevitaw kull periklu wara li kawża tal-impatt wieħed mill-arbli tat-triq ġarrab ħsarat konsiderevoli.