Lokali

Tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Victoria

Il-post fejn indifnet Victoria (Sors: Facebook)
Kien hemm mijjiet ta' emails li ġibdu l-attenzjoni dwar il-każ tat-tifla Niġerjana

F’ċerimonja privata, ilbieraħ wara nofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lit-tifla Niġerjana li mietet traġikament nhar il-Ħadd li għadda.

Il-funeral tat-tifla Niġerjana ta’ 7 snin, li jisimha Victoria, seta’ jsir wara li tlestiet l-awtospja fuq il-katavru tagħha.

Diversi rapporti fil-ġurnali qed jindikaw li t-tifla mietet għax ma kelliex ikel biżejjed, bit-Times illum tirrapporta li l-familja “bilkemm kellha provvisti ta’ ikel biżejjed”.