– Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna li l-VGH m’onorawx il-kuntratt dwar il-modernizzazzjoni tal-isptarijiet u għalhekk il-gvern għandu jieħu l-isptarijiet lura.
Fl-Aġġornament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li hemm setturi ewlenin li fl-ekonomija kellhom suċċess bil-privatizzazzjoni. L-ewwel interess fil-privatizzazzjoni għandu jkun il-pazjent. Il-kuntratt mal-VGH ma jirriflettix goveranza tajba għax fil-kuntratt hemm aspetti li iktar jiġbdu lejn min qed jinvesti milli lejn il-pubbliku.
Ir-raġuni għaliex il-Gvern ipprivatizza l-isptarijiet jafha l-gvern biss meta din kellu jkun jafha l-pubbliku. Il-kuntratt ingħata għal €2.3 biljun u kellu joħloq madwar 600 impjieg. VITALS kellha tinvesti €220 miljun biex fl-ewwel tliet snin timmodernizza l-isptar San Luqa, Karin Grech u l-Isptar ta’ Għawdex waqt li tibni skola medika għal Barts f’Għawdex. Minn dan ma sar xejn. Hemm nuqqasijiet kbar f’dawn il-miri għax il-kumpanija m’onoratx il-kuntratt. Issa VITALS qatgħet qalbha wara 20 xahar biss. Anki l-MAM qed titlob investigazzjoni dwar dawn il-kuntratti.
Stephen Spiteri kompla li l-ispiża telgħu għal €70 fis-sena u l-gvern hu obbligat jikri 700 sodda mingħan din il-kumpanija ank jekk m’hemmx apzjneit. Il-gvern uh obbligat li jaħgti €30 miljun beix toepra air ambuanca bjen Malta u Għawdex. Hu appella biex il-gvern jerġa jieħu l-isptarijiet f’idejh u jara x’se jsir minnhom u x’investiment jista’ jsir fl-interess komuni. Il-gvern naqas milli jieħu s-sitwazzjoni f’idejh biex is-sitwazzjoni ħażina tinbidel għal waħda tajba.
L-Opożizzjoni tinsisti li l-kuntratt mal-VGH ikun investigat. Hu kkrititika wkoll il-fatt li l-gvern biegħ kollox, inklu l-apparat medika, għal €1 u appella lill-Gvern biex jerġa’ jieħu l-isptarijiet f’idejh.
//= $special ?>