Missier u iben, it-tnejn residenti ż-Żurrieq kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħu sular għal isfel hekk kif kienu qed iwettqu xi xogħol fi ġnien ta’ residenza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 tas-Sibt filgħodu fi Triq Wied Babu fiż-Żurrieq stess meta hekk kif għal xi raġuni wieħed mill-vittmi, ta’ 72 u 41 sena rispettivament waqa’ l-ieħor mar jiprova jżommu bil-konsegwenza li waqgħu t-tnejn f’daqqa għal bitħa interna.
Fuq il-post issejħu minnufih għall-għajnuna; uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-irġiel l-isptar għal aktar kura.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittmi jinsabu f’qagħda gravi.
//= $special ?>