Lokali

“Għex fis-skiet u miet fis-skiet” – Oħt l-Isqof Silvestru Magro

Ġimgħa wara l-mewt tal-Isqof Silvestru Magro, NET news tkellem ma’ waħda minn ħutu fl-istess triq fir-Rabat fejn hu kien twieled fl-1941.

Carmen Farrugia li ddeskriviet lil ħuha bħala bniedem ta’ silenzju, kwiet ħafna mistħi u umli qasmet magħna mumenti li għadda minnhom ħuha matul is-servizz li ta barra minn Malta.

Meta kien Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi, fl-2006, ġew attakkati l-komunitajiet Insara wara li Membru Parlamentari Taljan ta’ dak iż-żmien, Roberto Calderoli kien deher fuq it-telivixin liebes flokk b’karikarura tal-profeta Muhammad, b’wieħed mill-vittmi kien l-Isqof innifsu.

Spjegatilna ukoll kemm il-ħajja f’Benghazi kienet diffiċli, tant li dan kien ukoll iwassal għal inqas komunikazzjoni mal-familja tiegħu hawn Malta.

Minkejja li kien għamel numru ta’ snin lil hinn minn pajjiżna, l-Isqof kien jiġi Malta darba fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Ġużepp u darb’oħra xahar fis-sajf u matul dan il-perjodu dejjem kien jagħmel xogħol volontarju. Ta’ 75 sena umbagħad meta hu kellu jirtira, dejjem baqa’ jżur l-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom.