Lokali Sport

Iħossu ħażin plejer waqt partita tal-U-17 – missjoni xejn faċli biex ingħata l-għajnuna

Inċident li seħħ f’logħoba minn Section A tal-Kampjonat Under-17 bejn Ħamrun Spartans u Birkirkara seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji wara li wieħed mill-plejers ħassu ħażin u ma kienx hemm infermier biex jassistieh.

Il-partita intlagħbet fil-grawnd ta’ Birżebbuġa u nħela ħafna ħin sabiex tingħata l-assistenza hekk kif il-kanċell li jifred lill-partitarji mill-grawnd kien msakkar. Fost il-partitarji kien hemm persuni mħarġa fl-ewwel għajnuna iżda dawn kellhom jiġu mgħejuna sabiex jaqbżu l-imsemmi kanċell sabiex ikunu jistgħu jgħatu l-għajnuna meħtieġa.

Skont persuni fuq il-post, jirriżulta li l-infermiera li kellha tkun preżenti matul il-logħoba nqalalha inċident u kien għal din ir-raġuni li m’attendietx.
Malli r-referee induna bis-serjetà tal-każ, huwa ta’ permess sabiex il-‘first-aider’ jinżel fil-grawnd għalkemm din ma kienetx ħaġa faċli minħabba ma kienx hemm aċċess dirett għall-‘pitch’.

Intant fi stqarrija l-Youth Football Association iċċarat li tkun organizzata mill-Youth FA, irrispettivament jekk hux kompetittiva jew le, dejjem ikun hemm paramedic maqluh. f’dan il-każ jidher jidher li sfortunatament il-paramedic li kien on duty għal din il-logħba, kellu inċident fit-triq għal-logħba u minħabba f’hekk ma setax ikun preżenti. Immedjatament intbagħat paramedic ieħor minfloku, pero dan ma laħaqx wasal sal-ħin ta’ l-inċident.

Il-YFA insistiet li fil-logħbiet kompetittivi dejjem ikun hemm ground inspector on duty, li wieħed mid-dmirijiet tiegħu hu li jiżgura li l-gate biex tidħol fil-playing area tkun imsakkra. Meta gara l-inċident, ir-referee ta’ l-approvazzjoni tiegħu sabiex ikun jista’ jidħol ġenitur li kien preżenti sabiex jagħti l-ewwel għajnuna, dan il-gate kienet għadha msakkra, kif għandu jkun. Sakemm il-ground inspector dar id-dawra tal-ground sabiex tinfetaħ din il-gate, dan il-genitur laħaq qabeż fil-ground, dejjem bl-approvazzjoni tar-referee, sabiex ma jinħeliex ħin.