Uħud mill-aktar irġiel influwenti fl-Arabja Sawdija nħelsu wara li, f’Novembru, kienu sfaw arrestati waqt il-kampanja kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż.
Il-meħlusa jinkludu Khalid al-Tuwaijiri, ekskap tal-qorti rjali, u Waleed al-Ibrahim, li jmexxi n-network televiżiv MBC. Intant, ir-rapporti qalu li l-meħlusa ħallsu ammont ta’ finanzi sostanzjali, f’sistema ta’ riparazzjoni, u bl-ammont ma joħroġx fil-pubbliku.
‘Il fuq minn 200 prinċep, politiku u negozjant spiċċaw arrestati fil-kampanja kontra l-korruzzjoni fl-Arabja Sawdija u minn dak iż-żmien, huma kienu nżammu ġo lukanda ta’ Riyadh li għandha terġa’ tiftaħ fl-14 ta’ Frar. L-ispinta kontra l-korruzzjoni tmexxiet mill-Prinċep Mohammed bin Salman li kien akkużat li uża l-investigazzjoni biex iwarrab lill-avversarji, filwaqt li jikkonsolida l-poter.
Intant, l-Avukat Ġenerali tal-Arabja Sawdija tkellem dwar l-użu qarrieqi tal-ekwivalenti għal millanqas 100 biljun dollaru, permezz ta’ korruzzjoni sistematika u frodi li jmorru lura għaxieren ta’ snin. L-arresti u l-arranġamenti mal-imputati qed jidhru bħala tentattiv mill-Istat biex jirkupra dawn il-fondi u fil-preżent, għadhom qed jinżammu ħafna imputati taħt arrest (fil-lukanda) b’konnessjoni mal-każ.
//= $special ?>

