Lokali

L-eks Sindki jsemmgħu leħinhom dwar riforma oħra tal-Kunsilli Lokali

F’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, l-eks Sindki ta’ Malta u Għawdex, kienu mistednin isemmgħu leħninhom waqt konferenza dwar riforma oħra tal-Kunsilli Lokali li għaliha attendew ukoll rappreżentanti minn partiti politiċi.

F’isem il-Partit Nazzjonaliata attenda Robert Cutajar li huwa l-Kelliem tal-Kunsilli Lokali u li ma’ NET News spjega l-kontribuzzjoni tal-Oppożizzjoni f’din ir-riforma.

Hu rringrazzja lil kull min ta sehmu fil-Kunsilli Lokali għal dawn l-aħħar 25 sena, liema ħidma wasslet għal qabża ta’ kwalità.

Matul din il-konferenza, l-eks Sindki kellhom l-opportunita li jiddskutu flimkien it-temi tal-Ambjent, il-Finanzi, l-aspett amministrattiv kif ukoll is-sehem tal-Partiti Politiċi, liema diskussjonijiet wasslu għal numru ta’ proposti biex fost l-oħrajn, art pubblika tingħata lill-Kunsilli Lokali mhux bħala devoluzzjoni, li Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jagħmlu riċerka fuq il-lokalità, li jiġi rrazzjonalizzat l-użu tal-art, il-bżonn ta’ taħrig kontienwu għall-membri tal-Kunsill kif ukoll li l-amministrazzjoni tkun waħda effettiva u effiċjenti.