Internazzjonali

Mandat ieħor għal Zeman fir-Repubblika Ċeka

Il-President tar-Repubblika Ċeka, Milos Zeman,  aċċerta minn tieni mandat ta’ poter għall-ħames snin li ġejjin wara li għeleb lill-isfidant Jiri Drahos fit-tieni fażi deċiżiva tal-elezzjoni għall-Presidenza tal-pajjiż.

Zeman, li jippromwovi politika favur ir-Russja u kontra l-immigrazzjoni, rebaħ 53 fil-mija tal-vot fit-taqtigħa missielta ma’ Drahos, akkademiku favur l-Unjoni Ewropea u li mgħandu l-ebda esperjenza politika.

Fil-fatt, Zeman aċċenna għall-fatt li Drahos hu nieqes mill-esperjenza politika anki waqt il-jum tal-votazzjoni. Intant, l-isfidant tiegħu, wara dan ir-riżultat, irringrazzja lis-sostenituri tiegħu u wiegħedhom ‘li l-enerġija tagħhom mhix se tissarraf għal xejn’.

Il-President Zeman kiseb aktar voti minn Drahos anki fl-ewwel fażi ta’ din l-elezzjoni li riflettiet differenzi bejn il-votanti bi dħul baxx li jidhru disposti li jivvutaw għal Zeman u r-residenti b’edukazzjoni superjuri fl-ibliet il-kbar, li jxaqilbu aktar lejn Drahos.

Il-pożizzjoni ta’ President Ċek hi, fil-parti kbira, waħda ċerimonjali, iżda għandha wkoll ċerta influwenza. Dan meta l-President tal-pajjiż għandu d-dritt li jagħżel il-politiku li jista’ jifforma Gvern, fi Praga.