F’artiklu ppublikat mis-sit elettroniku observer.com, John R. Schindler espert dwar is-sigurtà u anke l-ispjunaġġ jgħid li mhux kumbinazzjoni li l-professur Joseph Mifsud, il-Malti fiċ-ċentru ta’ kontroversja dwar l-involviment tiegħu fil-kampanja elettorali Amerikana, hu midħla tar-Russja u l-Kremlin. Dan hekk kif pajjiżna qed jattira numru ta’ persuni Russi li qed jixtru ċ-ċittadinanza Maltija.
Schindler jagħti ħarsa lejn l-involviment ta’ Mifsud mal-Gvern Russu u l-mod kif irnexxielu jinvolvi lis-servizz sigriet russu fil-kampanja presidenzjali ta’ Donald Trump. Il-ġurnalista jispjega lil Joseph Mifsud bħala l-persuna ideali biex iservi kemm ta’ aġent biex jaħter l-ispiji imma wkoll ixerred il-propoganda tal-Gvern Russu.
Il-Professur Joseph Mifsud fl-aħħar ġimgħat inħeba u sar impossibli li ssir taf fejn qiegħed, bl-analista jgħid li l-awtoritajiet Amerikani għandhom jgħaġlu biex ikellmuh qabel ma jsibuh ir-Russi.
Jidher li xogħol il-Professur Mifsud kien kruċjali biex informazzjoni sensittiva dwar Hillary Clinton tispiċċa f’idejn ir-Russi bl-iskop li tagħmlilha ħsara u b’hekk tkun aktar faċli għal Donald Trump biex isir president tal-Istati Uniti, allegazzjonijiet li l-Istati Uniti qed tinvestiga.
//= $special ?>