Lokali

Nuqqas ta’ nfurzar u trasparenza mill-Gvern

Minħabba nuqqas ta’ nfurzar mill-awtoritajiet qed iwassal għall-abbuż f’dak li hu infurzar fl-insib. Birdlife qed tiġi mċaħħda wkoll minn informazzjoni dwar 8,000 sit li fih qed isir insib awtorizzat liema informazzjoni għandu tkun aċċessibli għall-pubbliku.

Il-Ministru li suppost iħares l-ambjent qed jgħid li din l-informazzjoni hi privata u għalhekk birdlife kienet konstretta tirrikorri għand it-Tribunal dwar l-Appelli għall-Protezzjoni tad-Data liema deċiżjoni mistennija f’April li ġej.

Minbarra dan Birdlife qed tinsisti li hemm abbuż minn siti ta’ nsib fis-sit ta’ Natura 2000 f’Ta Ċenċ f’Għawdex u minkejja li saru r-rapporti baqgħet ma tteħditx azzjoni.