Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd ħa l-opportunità li jiltaqa’ man-nies fil-lokalità tal-Mellieħa.
Qabel id-djalogu tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa, hu mar bil-mixi sal-Pjazza tal-Parroċċa fejn mhux biss iltaqa’ ma’ diversi persuni, imma żar ukoll il-kazini tal-Baned.
Adrian Delia żar il-Każin tal-La Vittoria, il-Każin Imperial kif ukoll il-Każin Maria Bambina.
Żar ukoll diversi ħwienet li hemm fil-lokalita’.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll il-Mellieħa Sports Club fejn segwa t-tfal jithargu fil-futbol. Wara huwa mar il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fejn indirizza l-Attività Politika
Il-ġurnata ntemment b’ikla fil-kazin tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa.




















