Każ xokkanti ta’ moħqrija tal-annimali f’Għawdex hekk kif persuna jew persuni mhux magħrufa waddbu żewġ klieb maħqura u bil-ġuħ minn fuq ċint għal ġo villa privata f’Marsalforn.
Il-klieb, tar-razza fox terrier, mhux biss huma mimlija feriti miftuħa f’wiċċhom u madwar ġisimhom imma wkoll kienu nieqsa mill-ikel. Aktarx li l-klieb kienu qed jinżammu marbuta dejjem fl-istess post, probabbilment anke f’gaġġa.
Jirriżulta li l-persuni li sabuhom tawhom x’jieklu u x’jixorbu filwaqt li ġew infurmati l-awtoritajiet kollha, inkluż id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali u l-SPCA ta’ Għawdex.
Net News jinsab infurmat li l-każ qed jittieħed b’serjetà kbira tant li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali ntbagħtu mmedjatament f’Għawdex biex jiġbru l-klieb u jingħataw il-kura. Dan filwaqt li mistennija investigazzjoni.
//= $special ?>