Żewġt irġiel ta’ 45 sena qed isofru minn ġrieħi gravi wara argument bejniethom.
L-argument seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-7.15pm fi Triq Dom Mauro Inguanez f’Birkirkara.
L-irġiel li huma mill-Qrendi u Birkirkara, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iż-żewġt irġiel kienu ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi. Jidher li waqt l-argument wieħed mill-irġiel qala’ daqqiet ta’ sikkina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>