Lokali

AĠĠORNATA: Mistenni jitressaq il-Qorti r-raġel li daħal jisraq armla u ħaditlu ritratt

Wara li Net news ilbieraħ żvela l-att erojku ta’ armla li sabet ma’ wiċċha ħalliel fid-dar tagħha bil-portmoni tagħha f’idu, Net News jinsab infurmat li r-raġel issa kien arrestat mill-Pulizija u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.

Il-Ħadd filgħodu armla residenti Birkirkara sabet ma’ wiċċha  ħalliel f’darha.

Jirriżulta li l-mara semgħet xi ħsejjes waqt li kienet id-dar, u kif marret tiċċekja, hi sabet lil dan ir-raġel bil-portmoni tagħha f’idu, hi rnexxielha twaqqgħu u ħadet lura il-portmoni.

Hi qalet li ħadet ir-ritratt tar-raġel hekk kif bdiet tistaqsih x’kien qed jagħmel fid-dar tagħha, bir-raġel jibqa’ kalm flok ħarab jiġri.

Kienu diversi l-persuni li anke pubblikament kkonfermaw li anke huma kienu vittma ta’ dan ir-raġel li sikwiet ikun akkumpanjat minn persuna oħra.

Tieħu ritratt lil ħalliel li sabet ma’ wiċċha fid-dar tagħha f’Birkirkara