– Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius sostna li l-proposta tal-Oppożizzjoni għall-bidla kostituzzjonali li biha ż-żgħażagħ jingħataw il-vot ta’ 16-il sena hi waħda li tesprimi fiduċja fiż-żgħażagħ iżda dan għandu jkun biss l-ewwel pass għal iktar responsabbitajiet għaż-żgħażagħ.
Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-PN qal li din kienet xewqa tiegħu fil-bidu tal-2003 meta kien tkellem fil-parlament dwar il-fiduċja fiż-żgħażagħ biex il-vot jingħata ta’ 16-il sena. Il-Gvern ma kinx tella’ l-mozzjoni tal-PN għad-dibattitu u għalhekk fl-aħħar elezzjoni ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena ma vvutawx. Iżda issa l-Gvern qed iressaq emendi għall-Kostituzzjoni biex xdan iseħħ.
David Agius qal li dan għadu l-bidu ta’ dak li l-pajjiż għandu jagħmel maż-żgħażagħ Maltin u sostna li hu jemmen fil-potenzjal taż-żgħażagħ Maltin. Hu appella biex flimkien mal-Oppożizzjoni ssir task force biex ikun analizzat x’hemm bżonn jibidel fil-kurrikulum biex fl-edukazzjoni ż-żgħażagħ ikollhom l-istrutturi meħtieġa. Jeħtieġ li ż-żgħażagħ ikunu edukati dwar il-valuri demokratiċi, dwar is-saħħa ul-valur tal-vot u x’inhuma l-liġijiet li l-parlament irid jagħmel.
David Agius appella liż-żgħażagħ biex jagħmlu kurraġġ għaliex il-vot 16 hu biss l-ewwel pass. Fl-UE Malta se tkun quddiem wara l-Awstrija li mhux se tiddejjaq tagħti d-dritt ta’ vot 16 u biex isir investiment fiż-żgħażagħ. Hu tkellem dwar in-nisa żgħażagħ u qal li hu jemmen fil-kapaċità tal-mara. Minn sitt ewroparlamentari, erba’ huma nisa bla ma saru kwoti jew ingħataw xi vantaġġi. In-nisa u l-irġiel għandhom jingħataw il-pjattaforma meħtieġa fejn jesprimu lilohm innfushom.
David Agius appella biex anki f’diversi strutturi, fosthom dawk edukattivi, għandu jkollhom il-kunsill rappreżentattiv tagħhom biex jieħdu d-deċiżjonijiet weħidhom u b’moħħhom. Il-media wkoll għandha rwol importanti x’taqdi fejn iż-żgħażagħ għandhom jingħataw vuċi u leħen.
Il-Viċi-Kap tal-PN appella wkoll biex is-sistema tal-univeristà ma tkunx imtappna b’dak li qed iseħħ fl-AUM u biex iż-żgħażagħ ikollhom il-korsijiet li huma jixtiequ jistudjaw fihom.
//= $special ?>