Romeo – Peter Pan – Strega. Dawn huma biss tlieta miż-żwiemel li ħajjithom kienet immarkata għal tmiemha.
Ta’ kull sena f’pajjiżna jaslu għexieren ta’ żwiemel, ħafna drabi għat-tlielaq, iżda li fi tmiem il-karriera tagħhom ma jkunx għad fadlilhom użu għas-sidien tagħhom.
Ħafna minn dawn jjispiċċaw għall-qatla, iżda dawk fortunati sabu lil Michelle Cachia u Christina Coppini li flimkien għandhom missjoni li jsalvaw kemm jista’ jkun żwiemel.
Michell u Christina ħolqu lil Rehome a Horse Malta, paġna fuq Facebook li permezz tagħha jippruvaw isibu dar ġdida lil dawn iż-żwiemel.
Fi stalel privati fl-Imġarr, minflok il-mewt, Romeo, Peter Pan u Strega sabu ħajja ġdida, kuntenti, nodfa u b’saħħithom taħt idejn sidien li jadurawhom.




//= $special ?>

