Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta fil-Qorti qal li ma jeskludix il-possibiltà li l-persuna wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet persuna esposta politikament.
Silvio Valletta qal dan waqt li fil-Qorti kompliet tinstema’ x-xhieda fil-kawża kostituzzjonali li l-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għamlet kontrieh, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Hu kien qed iwieġeb għall-mistoqsjiet tal-Avukat Jason Azzopardi. Valletta wieġeb fl-affermattiv meta mistoqsi jekk hux konxju li hu eprsuna espost politikament u li t-tliet akkużati huma l-eżekuturi u mhux il-mandanti tad-delitt. Valletta kkonferma wkoll li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Fil-kawża il-familja qed titlob li d-Deputat Kummissarju Silvio Valletta jitneħħa mill-investigazzjoni dwar il-qtil. Il-familja qed tinsisti li Valletta għandu kunflitt t’interess għaliex hu r-raġel tal-Ministru Justyne Caruana kif ukoll minħabba li hu membru fil-bord tal-FIAU.
Għall-familja Caruana Galizia qed jidher l-avukat Jason Azzopardi.
Il-każ ikompli f’April.
//= $special ?>

