Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia f’laqgħa mal-istudenti tal-MCAST

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti ta’ l-MCAST, sabiex jisma’ direttament minn għandhom dwar is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha bhalissa.

Adrian Delia saħaq li l-istudenti kollha ser isibu l-Partit Nazzjonalista spalla ma spalla magħhom, sabiex jaraw li d-drittijiet tagħhom jiġu rispettati.

Adrian Delia qal anke li fejn tiħdol l-edukazzjoni mżgħandiex tidħol politika jidħol biss il-futur tal-istudenti.

Fil-Qorti dalgħodu beda jinstema’ l-mandat ta’ inibizzjoni li ressqet it-tmexxija tal-MCAST fil-konfront tal-Union tal-Għalliema, l-MUT, biex twaqqaf id-direttivi li ordnat.

Bħalissa l-istudenti tal-MCAST spiċċaw vittma tas-sitwazzjoni mhux solvuta bejn it-tmexxija tal-kulleġġ u l-union tal-għalliema, l-MUT. Dan wara li l-MUT kienet ħabbret diversi direttivi li fost l-oħrajn jinkludu strajk ta’ xi sigħat u ma jarawx e-mails mibgħuta mill-istudenti.

Din il-kwistjoni qed toħloq ħafna pressjoni fuq l-istudenti hekk kif dan kollu qed iseħħ biss ġimgħatejn qabel l-eżamijiet.

Preżenti għaż-żjara li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien hemm il-President tal-Kunsill tal-Istudenti tal-MCAST, rappreżentant tal-Għaqda Studenti Demokristjani Maltin -l-SDM u rapprenentant tal-Għaqda Pulse, flimkien ma’ numru ta’ studenti. Magħhom Adrian Delia tkellem dwar il-ħsibijiet tagħhom li mhux iħalluhom jistudjaw hekk kif waslu ftit jiem ‘il bogħod mill-eżamijiet.

Il-ġimgħa li għaddiet l-istudenti tal-MCAST organizzaw anke protesta paċifika sabiex isemmgħu leħinhom biex minħabba diżgwid bejn it-tmexxija tal-MCAST u l-għalliema huma ma jispiċċawx il-vittma.