Lokali Unjoni Ewropea

Il-Ministru Owen Bonnici qed ikun politikament diżonest – L-MEP Francis Zammit Dimech

B’reazzjoni għal dikjarazzjoni li għamel il-Ministru Owen Bonnici fil-gazzetta The Sunday Times, l-MEP Francis Zammit Dimech fl-ewwel reazzjoni sostna li “l-Ministru Owen Bonnici qed ikun politikament diżonest.”

Zammit Dimech qal li hu ċertament jaf li Jonathan Ferris, ilu jistenna għall-ġimgħat sħaħ biex jingħata l-istatus ta’ whistleblower mill-Gvern. Dan joħroġ minn records pubbliċi. Huwa mar fl-Uffiċċju tal-Whistleblowers fil-Ministeru għall-Finanzi, imbagħad fl-istess Ministeru ta’ Owen Bonnici, il-Ministeru għall-Ġustizzja, imbagħad kien riferut għal dak li jaqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Uffiċċju tal-Kabinett fl-Uffiċċju tal-Prim MInistru f’Kastilja, iżda spiċċa biss biex jintalab jippreżenta l-informazzjoni li kellu wara li xehed fit-Tribunal Industrijali.

Franciz Zammit Dimech temm jgħid “il-Ministru, huwa daqshekk sorpriż li jien irrid li l-proċedura għall-għoti tal-istatus ta’ whistleblower tkun favur il-ħaddiema tas-settur pubbliku, amministrata indipendentament mill-Gvern?”