Internazzjonali

Jitqassmu l-Grammy Awards

Bruno Mars bil-Grammys li rebaħ.

Il-kantant Bruno Mars iddomina l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Grammy Awards. Is-60 edizzjoni li saret fil- Madison Square Garden fi New York. Mars issorprenda lil ħafna meta rnexxielu jirbaħ il-premju għall-aħjar album.
Mars rebaħ ukoll il-premju għall-aħjar kanzunetta b’ “That’s What I Like”.
Kienet ukoll serata dominata minn battuti politiċi, l-aktar diretti lejn il-President Amerikan Donald Trump kif ukoll bil-parteċipanti tas-serata jilbsu warda bajda bħala turija ta’ appoġġ għall-kampanja li hemm fl-Istati Uniti kontra l-fastidju sesswali u l-inugwaljanza.
Għafas il-link għal-lista sħiħa tar-rebbieħa tal-Grammys