Lokali Mużika

Malta se tipparteċipa fit-tieni semi-finali tal-Eurovision fil-Portugall

Waqt il-poloz tal-Eurovision Song Contest sar magħruf li Malta se tipparteċipa fit-tieni semi-finali tal-Eurovision fil-Portugall.

Fil-fatt fil-poloz li saru f’Lisbona sar magħruf ukoll li Malti se tipparteċipa fit-tieni parti tat-tieni semi-finali li se ssir fl-10 ta’ Mejju li ġej. L-ewwel semi-finali se ssir fit-8 ta’ Mejju waqt li l-finali tal-Eurovision issir fit-12 ta’ Mejju.

Din se tkun it-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.