– Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna li l-parlament qed jibqa’ jibgħat messaġġ pożittiv liż-żgħażagħ waqt li l-politiċi għandhom ikunu denji tar-responsabbiltajiet li huma jġorru u li huma jemmnu f’politika onesta’
Fid-dibattitu parlamentari fuq l-emenda kostituzzjonali li tagħti l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena, id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li dan hu messaġġ pożittiv għaż-żgħażagħ li l-politiċi huma maturi. F’dan il-proċess qed tissaħħaħ id-demokrazija, sostna Robert Cutajar, li appella beix il-kunċett tal-vot 16 ma jieqafx wara dan id-dibattitu iżda jsir sforz nazzjonali biex il-kunċett tal-ambaxxaturi taż-żgħażagħ jibqa’ jitwettaq. Il-parlament Malti llum qed jibgħat messaġġ pożittiv liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fil-politika.
Robert Cutajar kompla li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ hi importanti wkoll fuq bażi lokali fosthom fl-għaqdiet volontarji. Hu semma d-diversi prim ministri li ħallew amrka politika, fosthom Eddie Fenech Adami li emmen fl-Ewropa biex issa ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena se jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-parlament Ewropew.
//= $special ?>