Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello sab diffikultà jikkonferma u jiġġustifika kif fil-ħames ġimgħat qabel l-aħħar elezzjoni kienu impjegati 112-il persuna mal-Wasteserv iżda qal biss li dawn huma ħaddiema li qed jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u jaħdmu.
L-impjiegi fil-Wasteserv qabel l-aħħar elezzjoni kienu skrutinizzati mll-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) fejn xehed il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello.
Fil-21 ta’ Lulju 2017 l-Oppożizzjoni talbet investigazzjoni dwar l-impjiegi li saru fil-Wasteserv bejn Jannar 2016 u Ġunju 2017. Id-deputat Laburista Robert Abela talab li l-investigazzjoni tmur lura għall-2010. Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li f’Ġunju 2013 l-Ministru ta’ dak iż-żmien Leo Brincat kien anki tratta adn il-perjodu fil-parlament.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv xehed li l-Wasteserv m’għandix buisness plan uffiċjali u spjega li hu kien qed jippjana li jżid shift ieħor biex jaħdmu bil-lejl. Fl-2016 inġieb ukoll l-impjant tal-Malta North waqt li beda jaħdem ukoll l-impjant ta’ Għawdex. Hu qal li qabel din il-laqgħa kien tkellem mal-uffiċjali tal-Wasteserv u qal li kellu l-informazzjoni tal-impjiegi sa mill-2010. Mistoqsi minn deputati tal-Gvern kif għażel din id-data (l-istess waħda li ssemmiet mid-deputat Laburista Robert Abela) ix-xhud Tonio Montebello qal biss li din kienet inizjattiva tiegħu.
Montebello kkonferma li fl-2010 mal-Wasteserv daħlu 148 persuna u telqu 42, fl-2011 daħlu 86 u telqu 59, fl-2012 daħlu 121 impjegat u telqu 66, fl-2013 daħlu erba’ persuni u elqu 25, fl-2014 daħlu 94 ħaddiem u telqu 54, fl-2015 daħlu 15 persuna u telqu 44, fl-2016 daħlu 79 ħaddiem u telqu 38 waqt li fl-ewwel sitt xhur tal-2017 daħlu 162 ħaddiem u telqu 22. Il-Wasteserv għad trid iżżid iktar impjegati minħabba l-ammont ta’ skart li qed jiżdied fil-pajjiż, sostna Montebello.
Hu semma l-ħruq fl-impjant ta’ Sant’Antnin, qal li l-180 ħaddiem kienu effettwati minn dan il-ħruq u sostna li ma jafx kemm il-Wasteserv impjegat nies fil-perjodu tal-kampanja elettorali. Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal minn informazzjoni pubblikata jirriżulta li qabel l-elezzjoni l-Wasteserv impjegat iktar minn 112 persuna bix-xhud wieġeb li m’għandux l-informazzjoni quddiemu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv qal li hu jagħmel it-talba għall-impjiegi iżda l-ħaddiema jagħżilhom il-kuntrattur. Fil-Wasteserv bħalissa hemm 665 ħaddiem.
Għall-kumment tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li minn Ġunju ‘l hawn kienu impjegati 80 persuna, Tonio Montebello ma weġibx; kif ma weġibx dwar impjiegi oħra mal-PARKS biex kunu imjegati mal-gvern. Hu kkonferma li jiltaqa’ mal-ministru u l-uffiċjali tal-ministeru regolarment.
//= $special ?>