Lokali

FILMAT: Arrestati wara żewġ serqiet li jlaħqu l-eluf ta’ ewro

Il-Pulizija arrestat mara u raġel wara li allegatament wettqu serqa fi stabbiliment fiż-Żejtun u provaw jisirqu minn fergħa oħra tal-istess stabbiliment Birkirkara madanakollu għal xi raġuni l-attentat falla.

Filmat li ġie ppublikat fuq il-midja soċjali tal-istess stabbiliment wera liż-żewġ suspettati jisirqu diversi oġġetti ta’ valur fosthom; drone, speakers, kif ukoll  saħansitra television. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-salespersons li kien hemm fuq il-post waqt li kienu għaddejjin is-serqiet ġew ingannati u aljenati mill-ħallelin fiż-żewġ okkażżjonijiet.

Filwaqt li l-Pulizija qed tissokta bl-investigazzjoni dwar dan il-każ, seħħet serqa oħra minn ħanut tal-fwieħa fejn insterqu mal-€200 f’oġġetti.

Filmat ieħor ppublikat fuq il-idja soċjali wera mara ddaħħal flixkun fiweħa taħt il-flokk waqt li kienet qed taljena lill-kaxxier.

Allegatament il-mara involuta fl-ewwel serqa kif ukoll dik fit-tieni serqa hija l-istess persuna.