Il-ġirja tal-vara ta’ San Pawl Nawfragu mhux kapriċċ – għaliex, skont ir-reffiegħa, jekk ma jiġrix ma jirnexxilhomx itellgħu l-vara minħabba li t-taraġ li jagħti għall-knisja huwa dejjaq. Hekk sostna Fr Charles Vella waqt il-programm Net Live hekk kif kien qed jiġi diskuss l-inċident li seħħ is-Sibt filgħaxija waqt li kienet dieħla lura l-vara mill-purċissjoni.
Huwa sostna li huwa tal-opinjoni li għandhom isiru arranġamenti sabiex jinstab metodu aħjar dwar kif għandha tidħol il-vara – hekk kif inċident bħal dan jista’ jerġa’ jsir hekk kif il-ferneżija u r-rassa żgur li huma fatturi importanti li waslu għal dan l-inċident. Fr Charles insista li f’dawn iż-żminijiet jinsab ċert li teżisti teknoloġija sabiex l-istatwa tkun tista’ tiddaħħal b’mod aktar komdu.
Finalment huwa kkonkluda billi saħaq li dejjem iridu jagħtu ġieħ lill-volontarji li jaħdmu għal din il-festa u wieħed irid iżomm f’rasu li kulħadd huwa uman u għaldaqstant meta jseħħu inċidenti bħal dawn għandna nħennu u mhux noqgħodu nitajru.
//= $special ?>
