Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: Il-Prim Ministru jqarraq biex jiddefendi lill-Ministru Cardona; konferma li l-istqarrija ma ħarġitx

Il-każ tal-art pubblika f'Għawdex se jkun diskuss illejla f'Net Live

Art pubblika enormi ġewwa Għawdex fl-aħħar ġimgħat biddlet l-idejn minghajr sejjħa pubblika. Skont it-Times, din l-art hija kbira 12-il tomna u sippost kienet intiża sabiex jiġi żviluppat Park ghall-SME’s.

Il-ġurnalisti tal-programm Net Live dalgħodu saqsew lill-Prim Ministru direttament dwar il-mod kif giet trasferita din l-art pubblika. Joseph Muscat weġibna billi qalilna li kien diġa’ irreaġixxa l-Ministeru.

Sa siegha u nofs wara li kellimna Muscat qabel daħal għall-Kabinett, l-istqarrija ta’ Cardona kienet għadha ma ħarġitx. Għadda nofsinhar, u l-istqarrija xorta ma ħarġitx. Skiet totali mill-Ministeru ta’ Cardona dwar din l-art pubblika fix-Xewkija.

Din it-tema se tkompli tiġi diskussa illejla fil-programm Net Live mis-6pm íl quddiem.

Intant, ftit tal-ħin ilu kellna telefonata mill-Ministeru ta’ Chris Cardona fejn, filwaqt li qalulna li qed “nitmellħu bin-nies”, ikkonfermawlna li illum ma ħarġet l-ebda press release mill-Ministeru. U li r-reazzjoni għar-rapport fit-Times tal-lum għadha se toħroġ.