Wieħed mill-aħħar priġunieri li baqgħu ħajjin wara l-esperjenzi tal-waħx tagħhom fil-kamp Nażista ta’ Sobibor , matul it-Tieni Gwerra, miet fl-Ukrajna fl-età ta’ 96 sena.
Arkady Waispapir kien inqabad mis-suldati tal-Ġermanja Nażista waqt li kien qed iservi mal-eks Armata Ħamra ( Sovjetika) u ntbagħat fil-kamp tal-mewt meta nstab li kien Lhudi
Waispapir kien fost il-ftit priġunieri ta’ Sobibor li ma messithomx mewtha immedjata fil-kmamar tal-gass tal-kumpless u fejn hu kien tqabbad biex jagħmel ix-xogħol iebes.
‘Il fuq minn 250,000 Lhud kienu nqerdu taħt idejn in-Nażisti fil-kamp ta’ Sobibor, fil-Lvant tal-Polonja ( dak iż-żmien taħt okkupazzjoni Nażista), bejn l-1942 u l-1943.
//= $special ?>


