Lokali Parlament

Iż-żgħażagħ għadhom jisimgħu lil kulħadd qabel jiddeċiedu

– Ryan Callus, PN

Iż-żgħażagħ se jkollhom issa l-privileġġ li jagħżlu lil min imexxi u jiggverna lill-pajjiż; deċiżjoni li ġġib magħha diversi responsabbiltajiet. Iż-żgħażagħ għandhom jisimgħu kollox u lil kulħadd qabel jiddeċiedu l-vot tagħhom.

Dan qalu fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-PN kien diġà ressaq mozzjoni biex il-vot 16 ikun approvat fil-leġiżlatura li għaddiet u sostna li dan il-pass seta’ seħħ tliet snin ilu imma l-gvern ma kinx lest li jwettaq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Dan hu dibattitu storiku dwar drittijiet ġodda.

Hu tkellem dwar l-għaqdiet taż-żgħażagħ u appella liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fihom u fil-politika. Jeħtieġ li d-demokrazija tiddaħħal anki fil-klassijiet. Fil-ħajja mhux bilfors li kull ħaġa li ssir, issir għall-flus.

Id-deputat Nazzjonalista enfażizza li d-diskussjoni qed isisr bi qbil bejn il-Gvern u l-Opożizzjoni u għalhekk għandu jagħmel liż-żgħażagħ iktar miftuħa fis-soċjetà u ma jingħalqux fihom innfushom. Il-vot 16 se jwassal għal iktar interess miż-żgħażagħ bil-probabbiltà li iktar żgħażagħ jikkandidaw għall-elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-parament Ewropew.