Mark Salling, l-attur li sar famuż fis-sensiela televiżiva ‘Glee’, instab mejjet f’Los Angeles, fl-Istati Uniti, fost indikazzjonijiet li hu neħħa ħajtu b’idejh.
Il-katavru tiegħu instab fix-Xmara ta’ Los Angeles qrib Sunland, fejn l-attur kellu residenza. Hu kellu 35 sena.
L-attur kien ammetta, f’Diċembru, li kien fil-pussess tal- pornografija tat-tfal waqt li informa lil maġistrat li hu kien qed jieħu l-mediċina għal dipressjoni. Salling, li kien spiċċa arrestat f’Diċembru tal-2015, suppost li kellu jingħata s-sentenza tal-qorti fis-7 ta’ Marzu li ġej.
Bħalissa, għaddejja investigazzjoni dwar il-mewt tal-attur li Mark Salling li ftit tax-xhur ilu kien għamel attentat ta’ suwiċidju.
//= $special ?>

