Lokali Parlament

Kien il-PN li biddel il-pajjiż għaż-żgħażagħ; ġab demokrazija ħajja

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li kien il-PN mill-Gvern li daħħal riformi u wettaq inzijattivi għaż-żgħażagħ biex dawn illum għandhom pajjiż liberu u demokratiku.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-vot 16, Edwin Vassallo qal li ż-żgħażagħ issa għandhom ukoll diversi dmirijiet lejn il-pajjiż issa li qed jingħataw il-vot. Għalhekk huma għandhom jaħsbu x’jistgħu jagħtu lura lill-pajjiż fosthom l-enerġija għall-viżjoni għal-pajjiż u għall-ħajja b’demokrazija iktar parteċipattiva.

Edwin Vassallo sostna li mill-Gvern, il-PN dejjem kellu viżjoni għal dan il-poplu tant li din il-viżjoni ġabet ħafna elementi pożittivi fil-pajjiż fosthom l-Indipendenza, il-libertà, il-proġetti fil-Belt, is-sħubija ta’ Malta fl-UE, l-avjazzjoni, ir-riċerka, l-ibħra nodfa, l-MCAST, l-univeristà u ekonomija b’saħħitha.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern hu dahru mal-ħajt dwar il-viżjoni għall-futur għaliex qed jaħsad bla ma jiżra. Il-vot 16 hu mod kif titwessa’ d-demorkazija; attiva u ħajja, sostna Edwin Vassallo, li kompla li d-demokrazija trid tkun kultivata kontinwament għaliex tista’ tinqatel.

Edwin Vassallo appella liż-żgħażagħ biex jiġġieldu kontra dak li jipprova jisirqilhom id-dinjità tagħhom. Iż-żgħażagħ m’għandhomx jaqblu mal-menalità li ‘the end justifies the means’ għaliex din il-loġika bidlet l-orjentament morali u politiku tal-pajjiż. Hu qal li l-ugwaljanza ma tfissirx li kulħadd hu l-istess u appella liż-żgħażagħ biex jddefendu l-ħajja.