Lokali Parlament

L-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri mħassba bis-sitwazzjoni fl-MCAST

– Therese Comodini Caahia, PN

Id-deputat Nazzjonlaista Therese Comodini Cachia qalet li l-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri huma mħassba bis-sitwazzjoni fl-MCAST u sostniet li l-proċeduri tal-amministrazzjoni tal-MCAST turi kemm ir-relazzjoni bejn l-MCAST u l-għalliema hi mwiergħa tant li wasslet biex l-amministrazzjoni tieħu azzjoni legali biex twaqqaf azzjoni industrijali.

Fil-aprlamnet Comodini Cachia qalet li dan qed joħloq sitwazzjoni li qed tinkwieta lill-istudenti u l-ġenituri tagħhom. L-istudenti jridu għalliema li jidħlu fil-klassijiet ppreparati u komdi biex ituhom it-tagħlim meħtieġ.

L-għalliema għandu jkollhom aċċess għar-riżorsi; l-edukaturi u l-istudenti għandhom l-istess għan, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li s-sitwazzjoni ilha ġejja għax kienet l-amministrazzjoni preżenti tal-MCAST li bla konsultazzjoni mal-għalliema fl-2015 wettqet ristrutturar fl-istituti tal-MCAST u żiedet ir-responabbiltà tal-għalliema qabel skada l-ftehim kollettiv f’Diċembru 2016. Illum dan il-ftehim hu skadut.

Hi semmiet ir-riżenja tal-Prinċipal u s-CEO tal-MCAST li issa se jkun maħtur Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u rappreżentat tal-Ministru fuq is-Senat tal-Univrsità. Dan seħħ meta l-MUT irrifjutat il-proposti finanzjarji li ressqulha l-MCAST.

L-interess nazzjonali jitlob li din il-kwistjoni tkun solvuta u jekk hemm bonn isibu moderatur oġġettiv biex iwassal għal-soluzzjoni, sostniet id-Deputat Nazzjonalista.