Manchester City għalqu l-ftehim biex jiffirmaw lid-difensur Franċiż Aymeric Laporte mingħand Athletic Bilbao b’kuntratt sal-2023. Il-klabb Ingliż ħallas il-klawsola tal-plejer ta’ €65 miljun, biex sar l-aktar plejer li sewa flus fl-istorja tal-klabb.
Il-plejer internazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena ħalla messaġġ fuq il-profil personali ta’ twitter it-Tnejn filgħaxija, fejn fih irringrazzja lil sħabu l-partitarji ta’ sitt snin mal-klabb.
“Ninsab kuntent ħafna li qiegħed hawn. Manchester City huma klabb b’ambizzjoni u huma wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa. Ninsab ħerqan biex naħdem li naħdem ma’ Pep Guardiola u nipprova ngħin lill-klabb biex jikseb is-suċċess. Ifisser ħafna għalija li l-klabb wera fiduċja fija u ninsab eċċitat li nibda,” qal Laporte lis-sit uffiċjali.
Guardiola saħaq li kien kuntent li jżid lil Laporte mal-iskwadra tiegħu. “Hu plejer żagħżugħ ta’ 23 sena, xellugi, difensur ċentrali, lagħab minn età tenera f’La Liga. Hu b’saħħtu fl-arja, veloċi u għandu kwalità tajba bil-ballun. Għalhekk kuntent u grat ta’ dak li għamel il-klabb.”
Id-difensur li lagħab 19-il logħba ma’ Athletic Bilbao dan l-istaġun, tħalla barra mill-iskwadra kontra Eibar il-Ġimgħa li għaddiet. Laporte fil-passat kien irrifjuta trasferiment ma’ Manchester City f’Ottubru 2016, iżda l-leaders tal-Premier League baqgħu dejjem interessati.
//= $special ?>