Wara s-suċċess kbir li għamlu l-mużiċisti tal-Big Friends Guggen Musik ġewwa l-Emerati Għarab Maqgħuda f’Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra fejn irrapreżentaw lil pajjiżna fil-festi tal-Indipendenza ta’ dak il-pajjiż, issa ġew mistiedna biex jiftħu l-karnival popolari ta’ Acireale fi Sqallija. Dan jibda is-Sibt 3 ta’ Frar. Il-banda mhux l-ewwel darba li daqqet f’Acireale. Is-sena l-oħra kienet mistiedna tieħu sehem fil-karnival tal-fjuri li jkun organizzat f’Mejju.
Din hi l-10 safra għal Big Friends Gugen Musik mit twaqqif taha huma raprezentaw li pajjizna 5 darbiet 2008,2009 2010, 2016 u 2017 gewwa Emerati Għarab Maqgħuda , 2009 Grecja, 2014 u 2015 Tunesija u 2017 u 2018 Acireale. Nistgħu ngħidu li l-banda mhix popolari biss f’pajjiżna iżda anke barra minn xtutna!
Għalkemm il-Banda ser tkun impenjata f’Acireale xorta fl-istess jum ser tieħu sehem għall-ewwel darba fil-karnival tal-Kottonera, impenn storiku għaliex għall-ewwel darba l-banda ser tkun qed tipparteċipa f’żewġ avvenimenti, f’Malta u Sqallija. Dan ikompli jorbot mal-livell milħuq tul dawn is-snin.
Il-Guggen Band tkompli tipparteċipa fil-Karnival kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex Il-Ġimgħa tal-Karnival fis-7.00 pm il-Band tieħu sehem fil-karnival tal-Marsa. Is-Sibt fl-10.30 ta’ filgħodu il-banda ddoqq fil-karnival nazzjonali ġewwa l-belt Valletta bħala l-mistiedna tal-kumitat tal-karnival. Fis-1.30 pm iddoqq ġewwa l-lukanda San Antonio f’Buġibba u fis-6.00pm ddoqq fir-Rabat Għawdex bħala l-mistiedna tal-kumitat tal-karnival.
Il-Ħadd fil-10.00 am il-banda ddoqq fi Triq Irjali, il-Ħamrun u fil-5.00 pm ir-Rabat Għawdex. Il-Big Friends Gugen Musik tagħlaq l-impenji tagħha fil-Karnival ta’ din is-sena t-Tnejn b’żewġ parteċipazzjonijiet: fl-10.30 am fil-belt Valletta u fis-6.30 pm fil-Għargħur.
Il-Big Friends Guggen Band, taħt id-direzzjoni tas-surmast Etienne Spiteri F.L.C.M u l-Assistent Surmast Ian Sammut, tuża strumenti li fil-maġġoranza tagħhom innovattivi u uniċi f’pajjizna. Din il-banda hi maqsuma f’zewġ partijiet: strumenti tar-ramm u strumenti tal-perkussjoni, drum kits jimxu fuq ir-roti, katubi merfugħin biċ-ċineg, platti, tamburelli, kastanjoli, ċimbli, temple blocks u washboards. Is-sezzjoni tal-brass tikkonsisti fi trumpets, trombones, euphoniums, athorns u sousaphones.
Il-Big Friends Guggen Band għandha l-iskola tal-mużika tagħha u tagħti lezzjonijiet bla ħlas lil studenti ta’ kull eta’ li jiġu minn diversi lokalitajiet madwar il-pajjiz kollu. Iċ-ċentru muzikali tagħha jinsab f’Porte de Bombes.
Bħalissa fiċ-ċentru għaddejjin numru ta’ kunċerti għall-mużiċisti individwali tal-perkussjoni kif ukoll għaż-żeffiena. Kull ġimgħa jsiru ukoll kunċerti għall-mużiċisti kollha flimkien.
Iċ-ċentru ser ikun inawgurat uffiċjalment, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru il-10 anniversarju tal-banda, aktar tard din is-sena.



