Ir-raġel li pprova jisraq armla li kienet pronta ħaditlu ritratt, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs.
Il-Ħadd filgħodu armla residenti Birkirkara sabet ma’ wiċċha lir-raġel f’darha. Jirriżulta li l-mara semgħet xi ħsejjes waqt li kienet id-dar, u kif marret tiċċekja, hi sabet lil dan ir-raġel bil-portmoni tagħha f’idu, hi rnexxielha twaqqgħu u ħadet lura il-portmoni.
Hi qalet li ħadet ir-ritratt tar-raġel hekk kif bdiet tistaqsih x’kien qed jagħmel fid-dar tagħha, bir-raġel jibqa’ kalm flok ħarab jiġri.
Ir-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara u tressaq il-Qorti llum. Huwa wieġeb ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Ir-raġel, li huwa Taljan, Fabrizio Carucci, li għandu 50 sena, ma għandu l-ebda indirizz fiss f’Malta.
L-Ispettur semma kif ir-raġel kien qed jiskonta sentenza sospiża u kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu meta ngħata l-libertà proviżorja.
L-avukat tad-difiża qal li l-klijent ibati mill-vizzju tad-droga u li sa issa għadu ma ngħata l-ebda għajnuna.
Il-Maġistrat Neville Camilleri talab lid-Direttur tal-Ħabs biex jagħti l-għajnuna lill-akkużat u anke jgħinu jlesti programm ta’ rijabilitazzjoni.
//= $special ?>Tieħu ritratt lil ħalliel li sabet ma’ wiċċha fid-dar tagħha f’Birkirkara