Il-poplu tal-Indja rreaġġixxa b’xokk u għadab għall-aħbar li tifla ta’ tmien xhur spiċċat stuprata – allegatament minn kuġin tagħha – f’Delhi, bl-aħħar rapporti jgħidu li t-tarbija tinsab f’kundizzjoni kritika, l-isptar.
Il-kuġin, li għandu 28 sena, qed jinżamm taħt arrest u membri tal-awtoritajiet li marru jaraw lit-tarbija fl-isptar fissru l-ġrieħi li ġarrbet bħala ‘terribbli’, fost ir-reazzjoni rabbjuża minn diversi setturi. Dan wara li t-tarbija għaddiet minn operazzjoni ta’ tliet sigħat, u fejn, skont l-aħħar rapporti, kienet għadha il-periklu tal-mewt
Id-dibattitu dwar il-vjolenza sesswali fl-Indja qed jiżdied, bil-każ xokkanti jingħata prominenza mill-mezzi tal-istampa. Dan waqt li qed jintbagħtu appelli lill-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi, biex idaħħal il-liġijiet aktar stretti li jipproteġu lit-tfajliet u l-vulnerabbli fil-pajjiż.
//= $special ?>


