Il-Pulizija rnexxielha tarresta wieħed minn ewġ persuni maħsuba li attakkaw Tuneżin ta’ 31 sena li ħallewh minxur mal-art, f’għadira demm, wara attakk fuqu li seħħ fi Triq il-Miratur, il-Floriana.
Jumejn ilu l-Pulizija kellha titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex, grazzi għal filmati minn kameras tas-sigurtà, jinstab Libjan u raġel ieħor li kien qed jakkumpanjah iżda li mhix magħrufa l-identità tiegħu.
Informazzjoni mill-pubbliku kienet tgħid li wieħed mill-irġiel spiss kien ikun fil-kumpanija ta’ oħrajn f’kafetterija li tinsab fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara. Il-Pulizija b’hekk osservaw iż-żona sakemm illum wettqu l-arrest.
Sadattant l-investigazzjonijiet ikomplu, bil-Pulizija li qed ifittxu lill-kompliċi.
//= $special ?>