Inħoss li huwa fi dmir tiegħi li nżomm relazzjoni tajba mal-Partit Nazzjonalista. Sostna dan l-Ambaxxatur Spanjol għal Malta Jose Pons f’laqgħa li kellu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali f’Tal Pieta’.
Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal din il-laqgħa hi bżonjuża biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jtejjeb u jibni fuq ir-relazzjoni tajba li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.
Adrian Delia spjega li r-relazzjoni bejn Malta u Spanja m’għandix tkun biss għaliex huma żewġ pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea imma oltre minn hekk. Dan għaliex il-poplu Malti meta mqabbel ma’ dak Spanjol hu simili ħafna anke fejn jidħlu sfidi ekonomiċi li forsi pajjiżi oħra ma jkunux jistgħu jifmhu għaliex ma jesperjenzawhomx.
Minn naħa tiegħu l-Ambaxxatur Spanjol għal Malta, Jose Pons, kompla billi semma’ kif Spanja fl-aħħar snin batiet ħafna b’mod partikolari fl-2009, fil-kriżi ekonomika internazzjonali. Hawn Pons innota kif fortunatament Malta ma għaddietx minnha. Dan filwaqt li semma kif l-ekonomija spanjola mistennija tikber bi 3.7% li qal li hi rata tajba ħafna għal pajjiż bħal ma hu Spanja.
//= $special ?>