– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li kien il-PN mill-Oppożizzjoni li emmen fiż-żgħażagħ; vot 16 hu ċertifikat ieħor ta’ konsistenza għall-PN bħall-Indipendenza u s-sħubija fl-UE.
Fid-dibattitu parlamentari dwar ril-vot 16, Ivan Bartolo qal li l-proposta tal-vot 16 kienet waħda tal-PN u l-Gvern Laburista kien qabel ma’ din il-proposta wara li kien ħareġ biha l-PN. Fir-realtà hu l-PN li jemmen verament fiż-żgħażagħ waqt li l-PL irid ikun biss populista.
Il-PN dejjem kellu viżjoni u dejjem kien iffukat waqt li ħaddieħor kien jemmen fil-partnership. Il-vot 16 hi opportunità għaż-żgħażagħ biex jidħlu fil-ħajja politika. Dan il-pass se jġib bidla fis-soċjetà Maltija għaliex iż-żgħażagħ huma l-preżent.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN dejjem ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ikunu fuq quddiem fl-attivitajiet. Iż-żgħażagħ se jkunu fuq quddiem biex jaħdmu kontra l-korruzzjoni u favur il-libertà tal-espressjoni u l-ġid komuni. Iż-żgħażagħ joħolmu dn it-tip ta’ soċjetà. Iż-żgħażagħ ta’ 16 qed jistaqsu għaliex ma titnaqqasx l-età legali għal 16 minn 18-il sena, għaliex ma jistgħux jikkontestaw u għaliex ma jistgħu ikunu parteċipi f’kuntratt.
Ivan Bartolo kompla li hemm min isostni li ż-żgħażagħ mhux il-vot iridu iżda politiċi li jifhmu l-isfidi li għandhom quddiemhom u hemm min qed jaħseb li l-pajjiż qed jgħaġġel wisq għaliex l-ewwel il-poplu għandu jimmatura. Hu sostna li hu favur vot 16 u nsista li issa trid issir diskussjoni biex ikun analizzat fejn se jmur il-pajjiż wara dan il-mument storiku tal-vot 16.
//= $special ?>