– David Stellini,PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-vot 16 se jinvolvi iktar liż-żgħażagħ fil-politika u sostna li ż-żgħażagħ għandhom ikunu mgħejjuna jkunu parteċipi fis-soċjetà u jsiru iktar konxji ta’ dak li jkun qed iseħħ madwaru. Il-vot 16 hu pass u invit liż-żgħażagħ ta’ dik l-età jidbew jaħsbu biex isibu l-post tagħhom fid-dinja atx-xogħol.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-vot 16, David Stellini tkellem dwar l-aspett Ewropej u qal li fl-UE hemm numru ta’ inizjattivi għaż-żgħażagħ fosthom l-Erasmus biex iż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw fi bliet Ewropej. L-UE tgħafas ħafna fuq iż-żgħażagħ mhux biss fejn hemm problemi ta’ xogħol iżda wkoll fejn iż-żgħażagħ jistgħu jsibu impjiegi.
//= $special ?>