– Claudette Buttigieg ,PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li l-politiċi għandhom obbligu li jrawmu żgħażagħ fil-politika mhux biss mill-aspett partiġġjan iżda fuq livell nazzjonali. Dan billi jinħolqu iktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ li jaspiraw li jkunu fil-politika biex jagħmlu l-ġid għall-poplu.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-vot 16, Claudette Buttigieg qalet li l-liġi setgħet diskussa mal-istudenti fil-parlament u sostniet li ż-żgħażagħ huma l-ġenerazzjoni tal-um u mhux tal-futur biss. Dwar l-importanza tal-edukazzjoni fil-politika, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-pubbliku qed iżur il-parlament b’mod regolari u l-interess żdied. Jeħtieġ li ssir diskussjoni iktar fil-fond dwar is-sinifkat tal-politika, tad-demokrazija u tal-mod kif isir dibattitu.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li għaż-żgħażagħ, kollox ikun qed isir b’mod immedjat u instantanju. Għalhekk l-idea ta’ kelliem u xi ħadd jisma’ qed tinbidel In-nies ma jridux jaraw iktar konfront politiku negattiv iżda jridu jaraw dibattitu pożittiv ħaj. Hi kompliet li l-poplu jrid jifhem li l-politiċi jiddiskutu f’ambjent fejn ikun hemm qbil u proposti għal titjib. Ħafna mix-xogħol isir minn wara l-kwinti.
//= $special ?>