Internazzjonali

RITRATTI: Fenominu rari tal-Qamar

Anaheim, L-ISTATI UNITI.
Sensiela ta’ ritratti tal-Qamar. Dan hekk kif il-qamar, l-Erbgħa, kien dak li n-NASA laqqmet bħala ‘Super Blue Blood Moon’ – wara l-fenomeni magħrufa bħala Supermoon, Qamar Blu u eklissi totali lunari. Hu avveniment rari ħafna li dawn it-tliet fenomeni jseħħu flimkien. L-aħħar darba li ġara dan kien fl-1982. Supermoon ikun meta jkun hemm qamar sħiħ fl-eqreb distanza li jista’ jkun mid-dinja, filwaqt li qamar blu jseħħ minħabba l-lewn blu li jkun hemm madwar il-Qamar minħabba t-trab li jkun hemm madwaru. Issa dawn l-istess tliet fenomini jerġgħu jseħħu lkoll flimkien fl-2037.