It-tifla Niġerjana ta’ tmien snin, Victoria Aluko, mietet minħabba kundizzjoni rari u mhux minħabba li ma kienetx tiekol biżżejjed. Qal dan il-Ministru tal-Familja Michael Falzon fil-Parlament.
Għal-ewwel il-Gvern kien qal li t-tifla kienet instabet mejta f’residenza mmexxija mid-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar fejn kienet tgħix mal-familja, imma llum il-Ministru Falzon qal li t-tifla mietet fid-dipartiment tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru Falzon qal li l-kundizzjoni rari li kienet ħakmet lit-tifle hi ‘aplastic anaemia’. Hu aktar verifiki fuq ħut it-tifla sabu li t-tfal ma kienux qed jinżammu bil-ġuħ.
//= $special ?>