Triq is-Sur l-Isla bħalissa tinsab fi stat ħażin ħafna. Residenti li tkellmu ma’ netnews.com.mt kif wkoll il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla, Malcom Gatt, qalu li t-triq m’hix fi stat tajjeb b’numru ta’ residenti jridu li x-xogħol, li jirriżulta ilu wieqaf minn Settembru tas-sena l-oħra, jistlesa mill-aktar fis.
Resident partikolari li tkellem ma’ netnews qal li din triq ġiet maqlugħa u tħalliet fi stat ta abandun. Dan ir-resident spjega li huwa tal-misthija specjalment meta l-Isla jżuruha ħafna turisti u anke fuq kollox għar-residenti li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ ħafna trabijiet fl-arja u b’ katusi ta’ drenaġġ li tħallew miftuħa bil-konsegwenza li jkun hemm ħafna nemus.
Toroq oħra li jinsabu fit stat ħażin ħafna huma Vjal ix-Xarolla, ż-Żurrieq u Triq Alfred Cachia Zammit, ż-Żejtun li jumejn wara li żar dinit-Triq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fejn iltaqa’ mar-residenti u ma’ sidien tal-ħwienet fit-Triq, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa beda jingħata t-tarmac.
Fil-jiem li għaddew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar anke Triq l-Arznell f’Marsaxlokk. F’din it-triq il-kwistjoni hi dwar il-periklu għar-residenti aktar u aktar hekk kif it-triq hi viċin l-iskola primarja ta’ Marsaxlokk.
Ir-residenti ta’ dawn it-toroq inkluż dawk ta’ Triq is-Sur l-Isla jridu li l-gvern isib flus għalihom u jinvesti aktar fl-infrastruttura tal-pajjiż u mhux it-toroq inkluż dawk li m’humiex prinċipali jitħallew fi stat ħażin.
//= $special ?>

