Matul il-lejla li għadda il-President Amerikan Donald Trump għamel id-diskors tant mistenni magħruf bħala “State of the Union”, avveniment importanti fil-kalendarju politiku Amerikan.
Donald Trump matul id-diskors saħaq li “qatt ma kien hemm żmien aħjar mil-lum biex nibdew ngħixu l-ħolma Amerikana”, bil-midja tirrapporta li waqt id-diskors Trump tkellem b’arja kunfidenti żżejjed,.
Id-diskors ta’ Trump segwewh aktar minn 40 miljun persuna.
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, tkellem ukoll dwar il-ħabs ta’ Guantanamo Bay u qal li ddeċieda li ma jagħlaqx il-ħabs, biex b’hekk reġġa’ lura direttiva ta’ żmien l-ekspresident Obama li xtaq li dan jingħalaq. F’dal-ħabs jinżammu ħabsin u suspettati ewlenin ta’ terroriżmu, iżda filmati li kenu ċċirkulaw kixfu t-trattament diżuman li jirċievu l-ħabsin.
Fost l-oħrajn Trump offra l-id tal-ħbiberija lid-Demokratiċi, li qalilhom li lest jaħdem magħhom.
Tkellem dwar ekonomija Amerikana li qed tiffjorixxi, minkejja li l-popolarità tiegħu naqset sewwa fi żmien sena mindu ilu President tal-Istati Uniti.
Qal ukoll li kemm ilu president ħoloq 2.4 miljun impjieg ġdid, u s-suq tal-ishma sploda, kif ukoll il-qgħad naqas l-aktar fi 17-il sena mir-Riċessjoni l-Kbira ta’ 10 snin ilu.
Dan l-aħħar id-Demokratiċi kkritikawh ħafna meta ħa deċiżjonijiet li kissru lill-immigranti żgħażagħ li ilhom jgħixu mit-twelid fil-pajjiż, iżda f’dan id-diskors qal li jixtieq jaħdem biex jipproteġi lil kulħadd fil-pajjiż.
//= $special ?>
