F’sena waħda biss bejn Diċembru 2016 u l-2017 sitt entitajiet li jaqgħu direttament taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru taw b’aktar minn €5 miljun f’direct orders.
Dan ħareġ minn tweġiba tal-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. L-ikbar direct order ammontat għal aktar minn nofs miljun ewro mill-MITA l-aġenzija tal-Gvern għall-Informatika.
Hemm ukoll Direct Orders oħrajn li jammontaw għal aktar minn mitejn elf b’kollox sebgħa u dawn saru mill-MITA, l-Awtorità Maltija għal-Logħob u anke mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
B’kollox f’din il-lista hemm sitt awtoritajiet li lkoll jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Uffiċju tal-Prim Ministru. L-MFSA tat 27 direct order, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni tat 12-il direct order, il-MITA tat 18-il direct order, l-Awtorità Maltija għal-Logħob tat 10 direct orders, Identity Malta 10 oħra u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija ta tlieta oħra.
//= $special ?>