Il-Partit Nazzjonalista f’reazzjoni għal żewġ rapporti mill-Fond Monetarju Internazzjonali appella lill-gvern biex isaħħaħ il-qafas regolatorju tal-pajjiż
Il-fond monetarju internazzjonali fir-rapporti tiegħu nnota li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’rata mgħaġla, u dan grazzi għall-industrija tas-servizzi. Min-naħa l-oħra l-fond monetarju internazzjonali appella għall-isforzi biex tkun imħarsa l-integrità tas-sistema finanzjarja. Għalhekk appella biex ikun hemm implimentazzjoni robusta u nfurzar effettiv tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus.
Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem għall-Finanzi Mario de Marco jinnota li s-suċċess reġistrat mis-servizzi finanzjarji hu riżultat tal-miżuri li ttieħdu minn gvernijiet suċċessivi biex trasformaw lil Malta għal ċentru finanzjarju ta’ reputazzjoni internazzjonali.
Mario de Marco qal li fl-aħħar erba’ snin, ir-reputazzjoni ta’ Malta tpoġġiet f’riskju riżultat tal-azzjonijiet tal-Ministri u uffiċjali għolja tal-Gvern u awtoritajiet relevanti li naqqsu li jinvestigaw b’mod serju każijiet serji ta’ abbuż.
F’dan il-kuntest li l-IMF ħass il-bżonn li jappella lill-gvern biex jassigura li l-pajjiż isaħħaħ il-qafas regolatorju, l-istess sejħiet li għamlet l-oppożizzjoni , il-media indipendenti u s-soċjeta ċivili.
L-Istaff Report jappella wkoll lill-Gvern biex isaħħaħ l-ekonomija u l-futur ma jiddependix aktar fuq il-programm ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza. Mario de Marco qal li fl-aħħar xhur l-Oppożizzjoni spjegat ir-riskji tal-Gvern li qed jiddependendi fuq il-flus ġenerati mill-bejgħ tal-passaporti, liema fondi waslu biex il-gvern ħeba l-ispiża dejjem tikber kkawżata mill-infieq bl-addoċċ b’mod partikolari fiż-żieda ta’ nies jaħdmu mal-gvern liema ħaddiema ma żdiedux fis-settur tas-saħħa u l-edukazzjoni. Żewġ setturi qed ibatu minħabba nuqqas ta’ viżjoni mill-Gvern.
L-IMF ukoll appella biex il-gvern iżid l-ispiża kapitali mingħajr ma jagħmel pressjoni żejda fuq il-finanzi pubbliċi.
//= $special ?>