Niġerjan,Innocent Oseghale, qed jinżamm mill-pulizija b’konnessjoni mal-qtil ta’ tfajla ta’ 18-il sena. Il-katavru tagħha – imqatta’ f’biċċiet –instab f’żewġ bagalji li kienu tħallew qalb l-għelieqi barra Pollenza, viċin Macerata, fir-reġjun ta’ Marche.
Iż-żagħżugħa kienet identifikata bħala Pamela Mastropietro, ta’ 18-il sena. Hi kienet ħarġet volontarjament minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni għal persuni vizzjati bid-droga, fid-29 ta’ Jannar.
Arrest wara s-sejba ta’ tfajla imqatta’ f’biċċiet f’żewġ bagalji


