Lokali

Dgħajjes jinqerdu kompletament kaġun ta’ nirien li ħakmu boat yard

Il-ħsarat ilaħħqu mal-miljun ewro

19-il yacht illi kienu f’boat yard fil-limiti ta’ San Ġwann inqerdu għal kollox wara li inħakmu minn nirien qawwija matul il-lejl li għadda.

Diversi sorsi qed jirrappurtaw kif xi residenti qamu maħsudin bi splużjoni li kienet segwita minn dħaħen kkawżati minn dgħajjes li spiċċaw f’ħuġġieġa nar f’Tal-Balal.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili damu 7 sigħat biex ikkontrollaw in-nirien bl-użu ta’ 8 inġenji separati. B’kollox fl-operazzjoni ħadu sehem 14-il pumpier u 4 uffiċjali.

Il-ħsarat f’waħda mid-dgħajjes (Facebook)

Ikkummenta