Lokali

Għad baqa’ x’nagħmlu f’dawk li huma drittijiet għal persuni b’diżabilita’ – Adrian Delia Kap tal-Oppożizzjoni

Għamilna progress imma għad baqa’ ħafna fejn irridu nitgħallmu bħala soċjeta fejn jidħlu drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’ u x’inhuma d-dmirijiet tagħna f’dan ir-rigward.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt sessjoni tal-Parlament għal Kulħadd.

“Persuna jista’ jkollha xi forma ta’ diżabilita’ pero’ l-limitazzjonijiet ta’ dik il-persuna ma jfissirx li jkunu ristretti”

Meta noffru l-id ta’ ħiberija fil-konfront ta’ persuni b’diżabilita’ jfisser li qed ninkluduhom fis-soċjeta’ u dan nistgħu nagħmluh mingħajr ma nitħassru lil dak li jkun.

“Aħna li nmexxu l-pajjiż irridu ngħarfu l-abiltajiet tal-persuni” Sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Waqt id-diskors tiegħu Adrian Delia għamel kemm-il darba referenza għad-diskors li għamel qablu fil-Parlament, ic-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita’, Oliver Scicluna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia temm id-diskors tiegħu billi qal li jekk ma narfux in-nuqqasijiet tagħna bħala soċjeta’ fil-konfront ta’ min hu diżabbli allura nkunu diżabbli aħna. Dan għandu jsir fl-istess waqt li nkomplu nibnu fuq dak it-tajjeb li diġa’ sar matul is-snin.

Waqt is-sessjoni Parlament għal Kulħadd li għaliha pparteċipaw diversi persuni li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’ fost oħrajn, ipparteċipat id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara. Minn naħa tagħha hi spjegat li rridu nammettu li minkejja li ngawdu l-istess drittijiet, persuni b’ diżabilita’ huma żvantaġġjati meta imqabbla mal-qbija tal-popolazzjoni u allura jeħtieg li dan il-fatt inżommuh dejjem quddiem għajnejna meta ngħaddu liġijiet ġodda, sostniet Maria Deguara.